L-Istħarriġ tal-Bank Ewropew għall-Investiment Dwar l-Investiment tan-Negozji

L-ISTĦARRIĠ TAL-BANK EWROPEW GĦALL-INVESTIMENT DWAR L-INVESTIMENT TAN-NEGOZJI

Li wieħed ikun jista’ jsegwi l-bidliet fl-investiment kummerċjali u investiment fl-infrastruttura, jidentifika l-ħtiġijiet tal-investiment u jifhem ir-restrizzjonijiet li jżommu lura l-investiment, huwa vitali biex tkun tista’ tiġi mfassla politika aktar effikaċi li tappoġġja t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi madwar l-Ewropa kollha. L-istħarriġ annwali tal-BEI Group dwar l-investiment u l-finanzi tal-investiment se jgħin biex tigi indirizzata din l-isfida.

Il-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) huwa l-Bank tal-Unjoni Ewropea. Huwa proprjetà Stat Membru tal-UE u jirrappreżenta l-interessi tagħhom, fil-ħidma tiegħu mill-qrib ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE biex tkun tista’ tiġi implimentata l-politika tal-UE, permezz ta’ appoġġ lill-investiment min-negozji privati u s-settur pubbliku fl-UE u f’pajjiżi oħra madwar id-dinja. Il-Grupp tal-BEI huwa magħmul mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew ta’ l-Investiment (FEI).

Ipsos ġiet ikkummissjonata mill-BEI biex timplimenta l-Istħarriġ tal-BEI dwar l-Investiment. Dan l-istħarriġ jikkonsisti f’partijiet differenti kull sena. L- istħarriġ ta’ din is-sena ser isir permezz tat-telefon mill-Ipsos bejn April u Ġunju 2025. Is-sejbiet kollha li jiġu ppubblikati ser ikunu kompletament anonimizzati.

L-istħarriġ jinkludi erbgħa moduli:

Dak prinċipali, Il-Modulu dwar l-Investiment, jimmira li jilħaq 12,800 Kumpaniji Zgħar u Medji (SMEs) u impriżi akbar madwar l UE u l-Istati Uniti.

Modulu supplimentari dwar il-Ktajjen tal-Provvista jimmira negozji, fl-UE, li jinnegozjaw internazzjonalment.

Modulu supplimentari dwar l-investiment tan-negozju u l-istrateġija relatati mad-dekarbonizzazzjoni – l-Istħarriġ tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Emissjonijiet (ETS). Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ se jipprovdu għarfien siewi għal dawk li jfasslu l-politika tal-UE u l-partijiet interessati dwar kif titjieb is-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS) u tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-industrija Ewropea. L-istħarriġ se jsir bit-telefon bejn Settembru u Ottubru 2025 fost id-ditti tal-UE.

Barra minn hekk, Ipsos se tmexxi esperiment online tal-Għażla Ibbażata Konġunta (GħIK)  fil-pajjiżi tal-UE li jiffoka fuq il-bidliet mgħaġġla fil-pajsaġġ ġeopolitiku.

IL-MODULU TAL-INVESTIMENT

X’jimmotiva l-investiment fin-negozji fl-UE? X’jżommu lura?

Il-modulu ewlieni tal-istħarriġ jinvolvi intervisti ma’ 12,800 SME u kumpaniji kbar fl-UE u l-Istati Uniti:

  • Jiġbor data dwar il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-kumpaniji, l-attivitajiet ta’ investiment tal-passat u l-pjanijiet futuri, is-sorsi ta’ finanzjament, il-kwistjonijiet relatati mal-finanzjament, u sfidi oħra li n-negozji jaffaċċjaw.
  • Huwa mfassal biex ikun rappreżentattiv madwar setturi differenti, daqsijiet ta’ kumpaniji, u l-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll l-Istati Uniti.
  • Huwa ddisinjat biex jibni panel ta’ data robusta u komparabbli tal-kumpaniji biex jippermetti l-analiżi ta’ xejriet ta’ investiment u l-ambjent tan-negozju matul iż-żmien.
  • Ser jintuża biex jinforma d-djalogu dwar il-politika fuq il-fatturi li jsaħħu jew ixekklu l-investiment, u biex jappoġġja teħid ta’ deċiżjonijiet aħjar dwar kif jiġu sostnuti n-negozji kemm f’livell nazzjonali kif ukoll Ewropew.

Min hu mistieden biex jieħu sehem?

Rispondenti fuq il-Panel: Parteċipanti li ħadu sehem fil-parti preċedenti tal-istħarriġ fl-2024 u li taw il-permess tagħhom biex jerġgħu jiġu ikkuntattjati.

Rispondenti ġodda: Negozji li jħaddmu ħames persuni jew aktar li ma joperawx fis-setturi korporattivi mhux finanzjarji minn madwar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti li ġew magħżula b’mod każwali. F’dawn in-negozji, qegħdin nistiednu lil persuna fl-iktar kariga għolja li tista’ titkellem dwar l-investimenti tal-kumpanija tiegħu jew tagħha.

In-negozju magħżulin huma attivi fil-kategoriji ekonomiċi imniżżlin minn punt C sa J fin- NACE database.

Preparazzjoni għall-istħarriġ

Biex ngħinukom tagħżlu l-persuna mill-kumpanija tagħkom li hi l-aktar adattata biex tipparteċipa, u biex isiru l-preparamenti meħtieġa għall-intervista, fassalna lista ta’ mistoqsijiet li se jintbagħtulkom qabel l-intervista (pre-interview questions sheet). Parteċipanti oħra qalulna li sabuha ta’ għajnuna li jaraw dawn il-mistoqsijiet minn qabel.

X’garanziji nistgħu noffru dwar l-istħarriġ?

Nixtiequ nassiguraw lil dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ li:

  • L-intervisti kollha se jsiru skont il-Kodiċi ta’ Kondotta tar-Riċerka tas-Suq tal-ESOMAR (L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Professjonisti tar-Riċerka). Dan ifisser li dak kollu li tgħid se jiġi ttrattat b’kunfidenzjalità u t-tweġibiet tiegħek se jiġu rrappurtati biss f’livell aggregat flimkien ma’ dawk tal-organizzazzjonijiet l-oħra li jieħdu sehem.
  • Id-dejta tal-istħarriġ tiegħek se tkun marbuta mad-dejta tal-kumpanija tiegħek li diġà hija disponibbli f’sorsi pubbliċi, inklużi databases kummerċjali bħal Moody’s ORBIS jew siti uffiċjali bħal dawk tal-OECD, Eurostat, il-Kummissjoni Ewropea jew il-websajt tal-kumpanija tiegħek, iżda l-kunfidenzjalità tiegħek se tinżamm fir-riżultati ppubblikati.
  • Aħna nixtiequ nitkellmu miegħek anke jekk ma kellekx problemi biex taċċessa l-finanzi, biex ngħinu niżguraw li s-sejbiet tagħna jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet kollha.
  • Sejbiet aggregati u anonimi mill-istħarriġ se jiġu ppubblikati biex jgħinu lin-negozji bħalma hu tiegħek.

Jekk għandek xi dubju jew tixtieq aktar informazzjoni dwar l-istħarriġ, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Rebecca Gera f’MISCO International Ltd (rgera@miscomalta.com) jew il-Bank Ewropew tal-Investiment (eibis@eib.org).

IL-MODULU TAL-KATINA TAL-PROVVISTA

Bidliet fil-Kummerċ Internazzjonali matul l-2024

Il-modulu supplimentari qed jiffoka fuq sa liema punt in-negozji li jinnegozjaw internazzjonalment kellhom jadattaw il-katini tal-provvista tagħhom matul is-sena li għaddiet, fid-dawl ta’ avvenimenti globali. Ir-risposti tal-istħarriġ se jiġu analizzati biex nifhmu aħjar il-fatturi u l-preokkupazzjonijiet li qed imexxu l-evoluzzjoni tal-katini tal-provvista ta’ kumpaniji Ewropej.

Dan il-modulu supplimentari se jsir online.

Min huwa mistieden jieħu sehem?

Żewġ gruppi qed jiġu mistiedna jipparteċipaw f’din ir-riċerka:

  • Parteċipanti mill-Modulu tal-Investiment, li l-kumpaniji tagħhom jinnegozjaw internazzjonalment.
  • Parteċipanti ġodda: Kumpaniji b’ħames impjegati jew aktar mis-settur korporattiv mhux finanzjarju f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ġew magħżula b’mod każwali. Fi ħdan dawn il-kumpaniji, qed nistiednu lill-persuni l-aktar infurmati dwar il-katina tal-provvista tal-kumpanija u l-istrateġija tagħha f’dan il-qasam.

Il-kumpaniji magħżula huma attivi fil-kategoriji ekonomiċi elenkati taħt il-punti C sa J fid-database NACE.

X’garanziji nistgħu noffru dwar l-istħarriġ?

Nixtiequ nassiguraw lil dawk li jieħdu sehem fl-istħarriġ li:

  • L-intervisti kollha se jsiru skont il-Kodiċi ta’ Kondotta tar-Riċerka tas-Suq tal-ESOMAR (L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Professjonisti tar-Riċerka). Dan ifisser li r-risposti se jibqgħu kompletament kunfidenzjali u d-dejta tiegħek se tkun aċċessata biss mill-organizzazzjonijiet l-oħra li jieħdu sehem.
  • Id-dejta tal-istħarriġ tiegħek se tkun marbuta mad-dejta tal-kumpanija tiegħek li diġà hija disponibbli f’sorsi pubbliċi, inklużi databases kummerċjali bħal Moody’s ORBIS jew siti uffiċjali bħal dawk tal-OECD, Eurostat, il-Kummissjoni Ewropea jew il-websajt tal-kumpanija tiegħek, iżda l-kunfidenzjalità tiegħek se tinżamm fir-riżultat ippubblikat.
  • Aħna nixtiequ li tlesti l-istħarriġ anke jekk tħoss li ma japplikax għalik, biex ngħinu niżguraw li s-sejbiet tagħna jkunu rappreżentattivi tal-organizzazzjonijiet kollha.
  • Sejbiet aggregati u anonimi mill-istħarriġ se jiġu ppubblikati biex jgħinu lin-negozji bħalma hu tiegħek.

Jekk għandek xi dubju jew tixtieq aktar informazzjoni dwar l-istħarriġ, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Rebecca Gera f’MISCO International Ltd (rgera@miscomalta.com) jew il-Bank Ewropew tal-Investiment (eibis@eib.org).

Privacy | Cookie Policy | EIB | Ipsos © Ipsos 2025